Dr Lawrence Gonzi, eks-Prim Ministru u eks-Kap tal-Partit Nazzjonalista, reġa għamel appell lil Dr Adrian Delia, il-Kap preżenti tal-PN biex hu u l-uffiċjali tal-PN imorru fl-istrutturi tal-partit biex jitolbu l-fiduċja tagħhom.
Dr Gonzi qal li huwa konvintissimu li hemm soluzzjoni, imma jeħtieġ li jkun hemm il-kuraġġ li dawk involuti jpoġġu kollox fuq il-mejda.
Huwa kien qed jitkellem waqt il-programm Newsline fuq l-RTK.
Mark Anthony Sammut jirreżenja minn President tal-Eżekuttiv tal-PN
“Tkellimt għax inħobb il-partit”
Huwa qal li wara li irriżenja minn kap tal-PN minħabba t-telfa elettorali tal-2013 iddeċieda li jżomm is-silenzju dwar l-iżviluppi politiċi. Żied jgħid li issa jħoss li għandu jitkellem għax iħobb il-PN u għax jemmen fil-partit kif jemmem li l-pajjiż jeħtieġ PN b’saħħtu. Kien għalhekk, qal, li qed jagħti l-parir li Delia, li huwa l-kap leġittimu tal-PN, jitlob vot ta’ fiduċja mill-istrutturi tal-partit.
Gonzi qal li illum hemm sitwazzjoni partikolari fejn għadd kbir ta’ partitarji urew li ma għandhomx fiduċja fil-kap tal-partit. Żied jgħid li din is-sitwazzjoni ma tistax tiġi injorata. Huwa għalhekk, qal Gonzi li barra li jkun hemm djalogu ma’ dawn il-persuni jintalab vot ta’ fiduċja.
Filmati: 47 lokalità jintrebħu mill-PL; 19 mill-PN; 2 indeċiżi
Dr Gonzi kien mistoqsi l-għala huwa ma talabx vot ta’ fiduċja meta tilef l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u anke għall-kunsilli lokali. L-eks-Prim Ministru semma li kien hemm żmien meta anke hu ħass li kellu jmur u jitlob il-vot tal-kunsilliera Nazzjonalisti. Qal li dak li jinteressah hu l-ġid tal-PN illum quddiem is-sitwazzjoni tal-lum b’riżultat elettorali li juri telfa akbar minn qatt qabel u b’sitwazzjoni ta’ numru kbir ta’ partitarji li għażlu li ma jivvotawx.
Illum il-PN jiddeċiedi min jieħu post Stellini; “Għandu jkun Għawdxi” – Said
“Konvint li hemm soluzzjoni”
Dr Gonzi qal li huwa konvintissimu li hemm soluzzjoni, imma jeħtieġ li jkun hemm il-kuraġġ li dawk involuti jpoġġu kollox fuq il-mejda. Huwa qal li jittama li hemm dan il-kuraġġ, iżda huwa rrassenja ruħu li jagħti parir biss. Huwa qal li Malta teħtieġ Partit Nazzjonalista b’saħħtu. Huwa appella lil min qed imexxi lill-uffiċjali biex il-problemi jaffaċċjawhom u mhux jitfgħuhom taħt it-tapit. Insista li jeħtieġ li l-kwistjoni tiġi indirizzata bil-mod kif issuġġerixxa hu, iżda qal li jirrispetta d-deċiżjoni li trid tittieħed minn min hu milqut minn din is-sitwazzjoni.