Itir għatu ta’ boiler fi Spanja; joqtol raġel

Twitter - Mossos d'Esquadra

Fi Spanja, persuna mietet wara li ntlaqtet minn għatu ta’ boiler li tar għal madwar tliet kilometri u laqgħat blokka appartamenti.

L-għatu tar kawża ta’ splużjoni f’impjant tal-kimika f’Terragona madwar 115-il kilometre bogħod minn Barċellona. Din l-isplużjoni ħalliet tliet persuni mejta u tmienja oħra midruba. L-inċident seħħ it-tlieta filgħaxija.

Is-Sindku ta’ Terragona, Paul Ricomà qal li l-għatu kisser ħġieġa u baqa’ dieħel f’appartament bil-konsegwenza li qatel raġel. Huwa ddiskriva dan l-inċident bħala wieħed ‘kważi impossibbli li temmen’.

L-Awtoritajiet Spanjoli qed jinvestigaw il-kawża ta’ din l-isplużjoni. Huma qed jiddiskrivu dan l-inċident bħala wieħed kemikali.