Ritratti: L-attivisti rrabjati bil-Prim Ministru u bil-Kummissarju

Grupp ta’ attivisti ipprotestaw illum quddiem id-depot tal-Pulizija fil-Furjana, b’risposta għall-aħbar li ġie arrestat sid il-bank Pilatus, bl-użu ta’ diversi posters b’messaġġi li l-Prim Ministru ta’ Malta u l-Kummissarju tal-Pulizija għandhom jirriżenjaw.
Ali Sadr Hashemi Nejad ġie arrestat it-Tlieta fl-Istati Uniti fejn qed jiġi akkużat li pparteċipa fi skema ta’ evażjoni tas-sanzjonijiet Amerikani kontra l-Iran billi uża l-Veneżwela biex jgħaddi €94 miljun, ekwivalenti għal $115 miljun mill-Istati Uniti għall-Iran.
Il-Kenniesa huma l-attivisti li organizzaw il-protesta li bdiet fis-7:00pm. Huma reġgħu saħqu li l-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat u l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar għandhom jirriżenjaw.
Fuq Facebook qalu li Cutahar falla fix-xogħol tiegħu billi falla li jibda investigazzjoni fuq il-bank Pilatus u falla wkoll billi joffri protezzjoni lill-ġurnalista li esponiet il-ħidma ta’ dan il-bank f’Malta.
Ritratti: Reuters
Aqra iktar dwar l-iżviluppi tal-każ tal-Bank Pilatus:
L-MFSA ma tirrevokax il-liċenzja ta' Pilatus Bank; tkeċċi lis-sid
L-MFSA hija responsabbli għas-superviżjoni tal-banek lokali – ECB
"L-Amerikani ilhom jafu, aġixxew biss illum" – Il-PM
Pilatus Bank: Neħħu l-liċenzja llum – PN; il-PM m'għandux poter – PL
Filmat: Pilatus maqjel tal-kriminalità; pulizija jintlemħu fil-Bank – attivisti
X’qalu l-MPs dwar Pilatus Bank fil-Parlament?

Pilatus Bank: X’qed jgħidu fuq l-arrest ta' sid il-bank?
Bdew jinvestigawh qabel ingħata l-liċenzja f’Malta
"Il-Maltin jiġru wara Efimova; l-Amerikani jarrestaw lil sid Pilatus" – ulied Daphne
Filmat: "Kont naf li se tiġri; Min se jerfa' r-responsabbiltà?" – Ferris
Ritratti: “Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma” – sinjali quddiem il-Bank Pilatus u l-FIAU