Itellgħu tonn mejjet mill-Qbajjar

info@newsbook.com.mt

Tonn mejjet ittella’ mill-bajja tal-Qbajjar f’Għawdex.

Dalgħodu kuntrattur imqabbad mill-beach cleaners fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex neħħa din il-ħuta. Skont persuna li tkellmet ma’ Newsbook.com.mt, din il-ħuta kkawżat intiena kbira.

Każ simili kien seħħ f’Lulju f’Tas-Sliema.

Fl-2013 kien instab tonn mejjet fl-inħawi ta’ Fra Ben fil-Qawra u fil-Qbajjar f’Għawdex. Kienu ħarbu b’mod aċċidentali minn fish farm.