Italja: Numru ta’ terremoti matul il-lejl

Terremot ta’ 4 gradi fuq l-iskala Richter f’Sqallija li nħass għal ħabta tas-7.20pm tal-bieraħ, madwar 100km minn Malta.

Dan huwa t-tieni terremot f’inqas minn ġimgħa f’Sqallija. Il-ġimgħa l-oħra nħassew żewġ theżżiżiet f’lejl fil-belt ta’ Messina. Ma ġew irrapurtati l-ebda danni kbar.

Għal ħabta tal-4am inħass terremot ieħor f’Conero qrib Ancona, li mmarka 2.7 fuq l-iskala Richter. Jumejn ilu, fl-istess reġjun, kien hemm xi theżżiżiet li ħallew xi ħsarat żgħar.

Terremot ieħor sar aktar kmieni ilbieraħ għal ħabta tal-4pm f’Pordenone fit-tramuntana tal-Italja. Dan kien ta’ qawwa ta’ 3.6 fuq l-iskala Richter. Il-Protezzjoni Ċivili Taljana ma rrappurtat l-ebda inċidenti u ħsarat.