Italja: Napolitano jiffirma r-riżenja tiegħu llum

Il-President Taljan Giorgio Napolitano llum se jkun qed iħalli l-kariga ta’ kap ta’ stat.
Dan wara li fil-messaġġ tiegħu tal-aħħar tas-sena kkonferma l-ispekulazzjoni li kienet għaddejja għal xi ġimgħat, li se jirriżenja.
Giorgio Napolitano jħalli l-ogħla kariga politika fl-Italja wara kważi 9 snin.
F’April ta’ sentejn ilu kien ġie mitlub iservi mandat ieħor wara li l-partiti politiċi ma setgħux jaslu għal qbil dwar min kellu jkun il-President tar-Repubblika.
Napolitano se jagħlaq 90 sena f’Ġunju.
Sakemm jinħatar President ieħor, il-President tas-Senat Pietro Grasso se jkun qed ikopri l-kariga.