Italja: Każ ieħor ta’ Madonna li “ssellem” kap tal-mafja

Il-Ħadd li għadda, waqt il-purċissjoni tal-Madonna tal-Karmnu f’Palermo, ir-reffiegħa waqfu ħesrem l-istatwa quddiem negozju ta’ wieħed mill-kapijiet tal-mafja.
Dan il-każ seħħ ftit ġimgħat wara kontroversja li qamet f’Calabria, meta waqt purċissjoni, il-vara tal-Madonna tal-Grazzja twaqqfet u tbaxxiet quddiem id-dar ta’ Peppe Mazzagatti, kap ieħor tal-mafja.
Din id-darba, l-istatwa tal-Madonna, tbaxxiet quddiem negozju tal-funerali li jappartjeni għall-familja ta’ Alessandro D’Ambrogio.
D’Ambrogio jinsab il-ħabs wara li nstab ħati li kien wieħed mill-fundaturi tal-grupp mafjuż Cosa nostra.
Il-kap tal-mafja kien delettant tal-festa, għax fil-filmati li għandhom il-Pulizija, jidher jerfa' fl-istatwa tal-Madonna waqt il-purċissjoni ta' sentejn ilu.