​It-twil jiltaqa’ mal-kbir

Gheorghe Muresan eks plejer tal-baskitbol li hu twil żewġ metri u nofs, iltaqa’ ma’ Leonel Messi, plejer kbir li kulma hu twil metru u 70 centrimetru.
Din il-laqgħa saret f’Washington, hekk kif il-plejers tat-tim nazzjonali Arġentin tal-futbol ingħataw ftit ħin ta' mistrieħ mill-kowċ tagħhom Tata Martino.
Kif kienu hemm ħadu l-opportunità u assistew għall-konfront tal-baskitbol bejn il-Wizards u l-Indiana Pacers.