​It-twaqqif tal-faqar huwa deċiżjoni politika – EAPN

Il-European Anti-Poverty Network (EAPN) qalet li qed issejjaħ lill-Unjoni Ewropea biex twaqqaf il-faqar.
L-għaqda għamlet dan il-messaġġ fil-Jum Dinji tal-Ġnus Magħquda għall-Eradikazzjoni tal-Povertà. Qalet li l-ġlieda kontra l-faqar tfisser li kulħadd jkun jista’ jipparteċipa fis-soċjetà b’mod ugwali u li jkun hemm kundizzjonijiet ta’ għajxien diċenti.
Membru tal-EAPN qal li l-aktar pass importanti li jista’ jittieħed biex titnaqqas il-povertà, il-livell tal-benefiċċji soċjali għandu jogħla.