It-twal kontra l-qosra

Ritratt: The Fotografer

F’Ħadd Għalik tal-lum ser jilagħbu l-irġiel qosra kontra wħud mill-itwal irġiel f’Malta.

It-tnejn għandhom il-vantaġġi tagħhom; It-twal m’għandom bżonn lil ħadd biex iġibu xi ħaġa minn fuq xi xkaffa, jew m’għandhomx għalfejn jimbuttaw biex joqgħodu fuq quddiem waqt xi kunċert għax huma twal biżżejjed li xorta ser jaraw tajjeb, u l-qosra, facċli ħafna biex joqgħodu komdi fuq l-ajruplan jew ġo postijiet li m’hemmx wisq spazju.

Bla dubju, f’dan il-programm Angie se tħossha komda meta tkun ħdejn il-qosra!

Il-parteċipanti din il-ġimgħa huma

Ritratt: The Fotographer

Twal: Reuben Micallef, Clayton Darmanin, David Abela, Natal Attard

Qosra: Wayne Debattista, Alfred Caruana, Mark Busuttil, Clive Mallia

Ħadd Għalik jixxandar kull nhar ta’ Ħadd f’12.15pm fuq TVM.