It-TV APP ta’ GO tirbaħ l-Unur tal-Aqwa App fl-eBusiness Awards

L-2020 kienet sena sinifikanti għat-televiżjoni ta’ GO bħala s-sena li biddlet il-qasam tat-televiżjoni f’Malta u l-mod kif il-klijenti Maltin igawdu l-kontenut tat-televiżjoni. Aktar kmieni din il-ġimgħa fil-fatt, it-TV APP ta’ GO rebħet l-unur ta’ l-‘Aqwa App’ waqt l-eBusiness awards organiżżati minn Tech.MT.

Permezz tat-TV APP ta’GO, il-klijenti jistgħu jaraw it-televiżjoni minn kull fejn ikunu, x’ħin iridu u minn kwalunkwe device bl-użu ta’ l-internet. Dan ifisser li s-servizz huwa aċċessibbli b’mod assolut għal kulħadd. Iżjed minn hekk, is-servizz huwa wkoll kompatibbli ma’ l-Android TV, biex b’hekk, GO huwa l-uniku operatur f’Malta li jipprovdi t-TV kompletament bil-Wi-Fi.

“Din il-pandemija u r-restrizzjonijiet li seħħew, ġiegħluna nikkunsidraw il-prodotti tagħna biex niżguraw li ħadd ma jibqa’ lura. Il-fatt li għamilna l-App tat-TV tagħna disponibbli għal kulħadd, u bi prezz raġonevoli u aċċessibbli, għenu lil kulħadd jgħix aħjar ir-restrizzjonijiet imposti. L-ambizzjoni tagħna tibqa’ li noħolqu kull opportunità għan-nies biex igawdu l-aħjar teknoloġija tal-komunikazzjoni, bi prezz li jintlaħaq minn kulħadd,” qal Nikhil Patil, CEO ta’ GO.

GO fil-fatt qed testendi l-iskema l-ġdida EasyBuy tagħha għat-TV, għall-Milied. Il-klijenti issa jistgħu jixtru TV ġdid fjamant, bil-kumdità li jħallsu bin-nifs kull xahar, fuq perjodu ta’ 24 xahar b’imgħax ta’ 0% permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ bosta bejjiegħa esklussivi li joffru l-aqwa mudelli ta’ televiżjonijiet. Il-klijenti jirċievu kupun sa €720 biex jagħżlu minn 4 prezzijiet differenti fix-xahar, li jibdew minn €14.99 kull xahar.

“L-idea hi li nagħmlu l-affarijiet sempliċi kemm jista’ jkun għall-klijenti tagħna, billi noffrulhom għażla u flessibilità massima, li jaqblu mal-ħtiġijiet u l-mezzi ekonomiċi ta’ kulħadd,” qal Antonio Ivankovic, Uffiċjal Kap Kummerċjali.

“Investejna ħafna fil-pjattaforma tat-TV tagħna din is-sena u ridna nqabbluha b’esperjenza ġenerali ferm aħjar għall-klijenti tagħna. Illum il-klijenti tagħna mhumiex marbuta ma’ pakkett wieħed tat-TV iżda għandhom il-flessibilità li jfasslu l-pakkett ta’ kontenut tat-TV tagħhom. B’kontenut ta’ Premium TV li jibda f’offerta speċjali ta’ darba ta ‘€ 0.99ċ għal tliet xhur, kulħadd jista’ jgawdi l-kontenut li jħobb,” żied is-Sur Ivankovic.