It-turnament Neymar Jr’s Five għaddej ġmielu

Neymar Jr’s Five, it-turnament globali tal-futbol 5-a-side mir-Red Bull u l-istilla tal-Barċellona u l-Brażil Neymar Jr għaddej ġmielu bil-finali Nazzjonali f’10 pajjiżi differenti madwar id-Dinja.
Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, kien imiss Spanja li tara min ħa jirrappreżentaha fil-finali tad-Dinja fil-Brażil. L-avveniment sar f’Barċellona u l-finalisti Spanjoli kienu sorpriżi bi żjara minn Neymar Jr innifsu, fejn qatta’ l-ġurnata kollha jara l-logħob u ppreżenta l-premjijiet lill-finalisti rebbieħa.
Aktar minn 30,000 plejer se jieħdu sehem fl-avveniment li se jsir f’aktar minn 40 pajjiż differenti, inkluż f’Malta.
Il-kwalifikazzjoni f’Malta se ssir bejn it-23 u l-24 ta’ April fil-Luxol Grounds.
It-timijiet jistgħu jirreġistraw fuq is-sit www.neymarjrsfive.com jew jiksbu aktar informazzjoni fuq il-paġna tal-avveniment fuq Facebook ‘Neymar Jr’s Five – Malta’.