It-Turkija u r-Russja jiddiskutu l-qagħda fis-Sirja

FILE PHOTO: Russian President Vladimir Putin (R) and Turkish President Recep Tayyip Erdogan (L) attend a joint news conference following Russian-Turkish talks in the Black sea resort of Sochi, Russia October 22, 2019. Sergei Chirikov/Pool via REUTERS

Delegazzjoni Torka marret ir-Russja għal taħdidiet fis-Sirja, wara rapporti li kien hemm attakki minn forzi li huma appoġġjati mir-Russja u li wasslu biex għexieren ta’ eluf ta’ Sirjani kellhom jaħarbu mir-reġjun lejn it-Turkija. 

Bħalissa hemm madwar 3.7 miljun Sirjan fit-Turkija, ċifri li jagħmlu din il-popolazzjoni tar-rifuġjati l-ikbar waħda madwar id-dinja. Il-President Erdogan, il-Ħadd qal li l-pajjiż ma jistgħax jimmaniġġja dan l-influss ta’ refuġjati u talab lir-Russja twaqqaf l-attakki fil-provinċja ta’ Idlib. 

Il-Fondazzjoni Human Relief, bbażata fit-Turkija, qalet li fl-aħħar kiem madwar 120,00 refuġjat Sirjan qasmu l-fruntiera mat-Turkija. 

Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Antonio Guterres appella għal waqfiem immedjat mill-ostilitajiet. Il-ġimgħa li għaddiet 30,000 persuna kienu sfurzati jitilqu minn Idblib kawża tal-kunfilitt. 

Guterres fakkar lill-partijiet kollha biex jirrispettaw l-obligazzjonijiet li għandhom biex jipproteġu lin-nies ċivili u jassiguraw il-liberta tal-moviment. 

Minn naħa tiegħu, Bashar al-Assad wiegħed li jerġgħa jieħu lura kontroll tar-reġjun ta’ Idlib, hekk kif il-gwerra ċivili ilha għaddejja għal dawn l-aħħar tmien snin u nofs.