It-Turkija tirrevedi l-pjanijiet dwar il-ftuħ tal-iskejjel

REUTERS/Umit Bektas

It-Turkija ħabbret li qed tirrevedi pjanijiet biex jinfetħu l-iskejjel. Għalissa, l-iżgħar studenti biss se jibdew l-iskola. Dawn ser ikollhom lezzjonijiet sa darbtejn fil-ġimgħa.

Dan hekk kif fit-Turkija, l-imwiet mill-Coronavirus huma l-ogħla li qatt kienu minn nofs Mejju, meta l-lockdown kien qed jiġu nfurzat.

Il-gvern qal li mhux qed jippjana li jerġa jintroduċi lockdown, imma wissa lit-Torok biex jibqgħu jimxu mal-miżuri tad-distanza soċjali u miżuri oħra biex jitnaqqas il-firxa tal-virus. Il-maskrijiet għadhom mandatorji. 

Ix-xahar li għadda, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Ziya Selcuk ħabbar li l-iskejjel se jerġgħu jiftħu fil-21 ta’ Settembru. Ħafna mill-iskejjel Torok kienu ilhom magħluqin minn Marzu. Il-Ministru ħabbar li l-iżgħar studenti, iġifieri ta’ l-ewwel sena u tal-kinder, se jibdew skola. Iżjed deċiżjonijiet dwar il-ftuħ ta’ l-iskejjel se jiġu mħabbra wara tlett ġimgħat ta evalwazzjoni.

Il-Ministru qal li t-Torok iridu jaraw bidu ta’ l-iskola kkontrolat u gradwali. L-iskejjel se jiġu mgħallma b’taħlita ta’ tagħlim onlajn u lezzjonijiet fil-klassi. 

Tfal fl-ewwel sena skolastika ser jattendu għall-lezzjoni waħda f’dik li tissejjaħ “adaption week”. Imbagħad, jattendu jumejn fil-ġimgħat ta’ wara. Ġenituri li ma jixtiequx jibgħatu lit-tfal l-iskola jistgħu jagħmlu dan u t-tfal ikomplu jitgħallmu onlajn, qal Selcuk.