It-Turkija tippubblika t-twissija li tat lill-ajruplan Russu

L-armata Torka ppubblikat recording ta’ dak li qed tallega li hu twissija lill-ajruplan Russu qabel ma ntlaqat b’missila mal-fruntieri tas-Sirja.
Fir-recording jinstema’ leħen jgħid bl-Ingliż “Dur lejn in-Nofsinhar immedjatament.” It-Turkija qalet li ppruvat issalva liż-żewġ piloti.
Il-pilota li ħareġ b’suċċess mill-ajruplan li kien qed jinħaraq inqatel bi sparatura waqt li kien nieżel b’parachute. Il-pilota l-ieħor kien salvat.
L-ajruplan iġġarraf fil-muntanji fuq il-ħamrija Sirjana wara li ntlaqat minn missila ta’ F-16 fighter jet Tork nhar it-Tlieta li għadda.
Il-President Russu Vladimir Putin avża li dan l-attakk se jkollu “konsegwenzi gravi.”