It-Turkija tingħata €3b biex taħdem iktar fil-qasam tal-immigrazzjoni

It-Turkija se tirċievi €3 biljun, biex tgħin refuġjati Sirjani fil-pajjiż, u konċessjonijiet politiċi jekk iddaħħal iktar kontrolli tal-fruntieri tagħha u żżomm refuġjati fil-pajjiż.
Dan kien ir-riżultat ta’ summit li lbieraħ laqqa’ lill-mexxejja tat-28 pajjiż membru tal-UE mal-Prim Ministru Tork.
Tkellmu wkoll dwar spinta lill-kandidatura tat-Turkija biex tissieħeb fl-UE għalkemm il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, qal li l-UE mhix se tinsa d-diffikultajiet li għandha mat-Turkija fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-istampa.
Permezz tal-ftehim milħuq, ċittadini Torok se jkunu jistgħu jivvjaġġaw lejn pajjiżi tal-UE fiż-żona Schengen mingħajr il-ħtieġa ta’ viża.