It-Turkija tħalli lill-Amerikani jużaw il-bażijiet militari kontra t-terroristi

It-Turkija tat permess biex l-Istati Uniti jużaw il-bażijiet militari tagħha fil-ġlieda kontra l-militanti tal-Istat Iżlamiku.
Kelliema għas-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti, Susan Rice, qalet li l-Amerika laqgħet dan il-ftehim u se tkun qed tuża l-bażi ta' Incirlik, li tinsab fin-nofsinhar tat-Turkija.
Fl-aħħar ġimgħat, il-ġlied tat-terroristi wasslu biex aktar minn 200,000 Sirjan ħarbu lejn is-Sirja.  L-Istat Iżlamiku rnexxielu jieħu f’idejh parti kbira tal-Iraq u tas-Sirja.
It-Turkija, li tmiss maż-żewġ pajjiżi, sa issa għadha ma ddeċiditx jekk tattakkax lit-terroristi. Madanakollu rrifjutat li tħalli jgħaddu mill-fruntiera lill-Kurdi Sirjani.
L-Istati Uniti u l-pajjiżi li ssieħbu fil-koalizzjoni kontra l-militanti, qed jgħinu mill-ajru lill-Kurdi li qed jiġġieldu lit-terroristi f’Kobani.