It-Turkija terġa’ twissi lill-Ewropa li ma tiflaħx għal aktar immigranti

Il-President Tork Recip Tayyip Erodgan reġa’ wissa lill-Ewropa li t-Turkija ma tiflaħx għal mewġa oħra ta’ immigrant mis-Sirja.

Dan hekk kif hemm indikazzjonijiet li hemm mat-80,000 elf persuna li fis-Sirja qed jaħarbu mill-ġlied li hemm f’Idlib u resqin lejn il-fruntiera Torka.

Ftit ilu, Erdogan kien wissa lil Ewropa li t-Turkija kienet se tiftah il-bibien għal dawn in-nies jekk ma tingħatax aktar għajnuna mill-Ewropa.

Bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropa kien sar ftehim biex it-Turkija iżżomm lil eluf kbar ta’ nies li kien qed jaħarbu mill-ġlied fis-Sirja u postijiet oħra bi tpattija għal għajnuna finanzjarja imma t-Turkija spiss ilmentat li dan ma kienx biżżejjed.