It-Turkija tattakka lill-Kurdi fit-tramuntana tas-Sirja

It-Turkija wettqet attakki mill-ajru fuq il-Kurdi li jinsabu it-tramuntana tas-Sirja.
L-għan tat-Turkija huwa li teqred għal kollox lill-militanti Kurdi f’Afrin, belt li ħadu f’idhom fl-2012. Uħud minn dawn il-forzi għenu lill-Istati Uniti fil-ġlieda kontra l-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu l-Istat Iżlamiku.
Korrispondenti u anke esperti tar-relazzjonijiet internazzjonali qalu li dawn l-aħħar attaki jistgħu jwasslu għal tensjoni bejn it-Turkija u l-Istati Uniti.
Rapporti oħra qed jgħidu li hemm ribelli Sirjani favur it-Turkija li qed javvanzaw fuq il-belt minn fuq l-art.
It-Turkija tqis lill-Kurdi bħala grupp terroristiku u kien għalhekk li ddikjarat operazzjoni militari kontrihom.
Il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan, qal li l-forzi Torok jistgħu jattakkaw ukoll il-belt ta’ Manbij li tinsab madwar 100 kilometru ‘l bogħod minn Afra u li spiċċat ukoll f’idejn il-Kurdi.
Ir-Russja, li tilgħab rwol militari importanti f’dan ir-reġjun, qalet li tinsab imħassba iżda mhux se tidħol f’dan il-kunflitt.
Is-Sirja wissiet li lesta tispara u twaqqa’ ajruplani Torok jew it-Turkija tiddikjara operazzjoni militari.