It-Turkija tarresta 9,000 uffiċjal tal-Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija Torka keċċa aktar minn 9,000 uffiċjal fuq allegat rabta mal-grupp Amerikan Islamiku ta’ Fethullah Gulen b’rabta mal-attentat kolp ta’ stat fl-2016.
L-awtoritajiet qalu li din l-azzjoni ttieħdet bħala miżura għas-sigurtà nazzjonali tat-Turkija.
Il-President Tork Tayyip Erdogan akkuża lil Gulen li instiga l-kolp ta’ stat kontrih f’Lulju li għadda, akkuża li dan tal-aħħar qed jiċħad.
Aktar kmieni l-awtoritajiet Torok arrestaw aktar minnn 1,000 persuna f’operazzjoni tas-sigurtà kontra kull min qed jappoġja lil Gulen.
Din qed tiġi meqjusa bħala l-akbar operazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiż f’dawn l-aħħar xhur marbuta ma’ dan il-każ.
Il-Ministru għall-Intern Tork Suleyman Soylu qal li l-Gvern għaddej b’operazzjoni intensiva biex ixolji n-netwerk li Gulen waqqaf fi ħdan il-korp tal-Pulizija.
S’issa b’kollox 40,000 persuna ġew arrestati b’rabta mal-kolp ta’ stat tal-15 ta’ Lulju li għadda fit-Turkija, u 120,000 oħra kienu mkeċċjia jew sospiżi minn xogħolhom.