It-Turkija tarresta 28 uffiċjal pubbliku

28 uffiċjal pubbliku fit-Turkija ġew arrestati fuq suspett li semgħu telefonati bla permess ta’ wħud mill-iktar politiċi importanti tal-pajjiż.
Investigazzjoni fl-awtoritajiet tat-telekomunikazzjoni u tax-xjenza identifikaw ħaddiema, inkluż lil dak li kien imexxi l-awtorità, u ġew arrestati.
Il-President Erdogan, li kien fil-mira tas-smigħ tat-telefonati, qed jgħid li din kienet montatura fil-konfront tiegħu.
L-Oppożizzjoni madankollu qed tipponta subgħajha lejn il-President u takkuża, lilu u lil uffiċjali għolja tal-Gvern tiegħu, b’korruzzjoni fiż-żmien meta kien Prim Ministru.
L-inkjesta li kienet saret dwarhom kienet ħarġet f’Diċembru tal-2013 u kienet wasslet biex kellhom jirriżenjaw 4 Ministri.