It-Turkija tagħti l-ewwel permess għall-bini ta’ knisja ġdida

Il-Gvern Tork ta l-ewwel permess f’90 sena biex tinbena knisja.
Minn meta twaqqfet ir-repubblika tat-Turkija, fl-1923, qatt ma ħareġ permess biex jinbnew knejjes u x-xogħlijiet kienu ristretti biss għal dawk ta’ tiswija.
Din il-knisja, għall-minoranza ta’ Nsara Ortodossi, se tkun fil-periferija ta’ ċimiterju għall-Insara.
99% tal-popolazzjoni fit-Turkija hi Musulmana.