It-Turkija tagħlaq ukoll YouTube

L-awtoritajiet Torok ordnaw l-għeluq tas-sit YouTube wara li tpoġġa filmat b’informazzjoni kunfidenzjali.
Il-filmat kixef uffiċjali tas-sigurtà Torok jiddiskutu l-possibiltà ta’ azzjoni militari fis-Sirja.
Bl-għeluq ta’ YouTube, il-Prim Ministru Tork Tayyip Erdogan kompla jinforza r-regoli kontra l-medja soċjali, wara li ġimgħa ilu ordna li jingħalaq Twitter.