“It-Turkija qed turi umanità mar-refuġjati” – il-President

DOI - Kevin Abela

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca faħħret lill-President tat-Turkija Recep Tayyip Erdoğan tal-ħidma tagħhom fejn jidħol sapport umanitarju mar-refuġjati u persuni li qed ifittxu l-ażil.

Coleiro Preca qalet li t-Turkija qed tkun verament eżemplari fil-kriżi tar-refuġjati fejn qed iħarsu lejha minn mod umanitarju u mhux dak politiku. Sostniet li Malta tinsab kommessa li tmexxi l-immigrazzjoni b’mod aktar effettiv u dinjituż. Insistiet li l-benessri tal-individwi u l-familji li qed jaħarbu mill-kunflitti, l-faqar u d-degradazzjoni ambjentali hija sitwazzjoni umanitarja mill-qalba tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Bħalissa, il-President qed tattendi għal diskussjonijiet bilaterali fit-Turkija. Il-President sostniet li din iż-żjara tagħha serviet bħala opportunita li tieħu l-konnessjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi fil-livell li jmiss.