It-Turkija ttaffi l-miżuri restrittivi kontra l-coronavirus

Jinfetħu r-ristoranti u l-ġonna

Raġel miexi f’Triq Istiklal mingħajr nies waqt curfew ta’ jumejn ġewwa Istanbul fit-Turkija, 31 ta’ Mejju, 2020.

Read in English.

Mit-Tnejn, it-Turkija bdiet tiftaħ ir-ristoranti, il-kafetteriji u l-ġonna filwaqt li seta’ jibda’ wkoll l-ivjaġġar bejn l-ibliet hekk kif il-pajjiż beda’ jtaffi l-miżuri meħuda kontra t-tixrid tal-pandemija tal-coronavirus.

Il-gvern tal-president Tayyip Erdogan ilu jtaffi s-serje ta’ miżuri għal dawn l-aħħar ftit ġimgħat hekk kif l-awtoritajiet bdew iħabbru li l-pandemija issa tinsab taħt kontroll.

Il-pandemija tal-coronavirus swiet 4,500 ħajja lill-pajjiż filwaqt li ‘l fuq minn 160,000 sfaw infettati.

Ir-ristoranti, kafetteriji, gyms u pixxini, xtajtiet, ġonna, libreriji u mużewijiet kienu mistennija jerġgħu jibdew jinfetħu mill-ġdid mit-Tnejn.

Mistennija jinfetħu wkoll daycare centres tat-tfal u kindergartens iżda r-restrizzjonijiet fuq il-moviment ta’ dawk ta’ ‘l fuq minn 65 sena u dawk taħt it-18-il sena se jibqgħu fis-seħħ.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn