It-Turkija: It-tieni elezzjoni parlamentari f’ħames xhur

It-Torok qed jerġgħu jivvutaw fit-tieni elezzjoni parlamentari li kellhom f’ħames xhur.
Il-Partit AK, iffurmat mill-President Recep Tayyip Erdogan, ma rnexxilux jakkwista l-maġġoranza fil-polls ta’ Ġunju.
Minn dakinhar ‘l hawn, kull attentat li kien hemm biex ikun iffurmat gvern ta’ koalizzjoni ma rnexxiex.
L-iktar kwistjoni importanti bħalissa fit-Turkija hi s-sigurtà, hekk kif f’dawn l-aħħar ġimgħat it-Turkija esperjenzat ħafna vjolenza li kienet tinvolvi wkoll il-militanti kurdi u attakki b’bombi li għalihom intefa’ t-tort fuq l-Istat Iżlamiku.
Erdogan wiegħed li se jreġġa’ lura l-isabbiltà jekk il-partit tiegħu jirbaħ il-maġġoranza tal-voti.