It-Turkija se tibgħat il-katavru tal-bdot Russu

It-Turkija se tibgħat il-katavru tal-bdot Russu Oleg Peshkov, li miet meta l-ajruplan li kien qed isuq twaqqa’ mal-fruntiera Sirjana. 
Il-bdot l-ieħor rnexxielu jibqa’ ħaj.  Il-Prim Ministru Tork Ahmet Davutoglu, spjega li l-katavru se jiġi rimpatrijat u bħalissa qiegħed fil-knisja Ortodossa tal-belt ta’ Hatay. 
Il-President Tork Recep Tayyip Erdoğan qed jgħid li l-qawwiet Torok attakkaw u waqqgħu l-ajruplan Russu għaliex ma rrispettax l-ispazju tal-ajru u għadda minn fuq it-Turkija. 
Min-naħa l-oħra, Vladimir Putin qed jiċħad din l-allegazzjoni.
Dan l-attakk wassal biex ilbieraħ filgħaxija, ir-Russja ħabbret li se tieħu numru ta’ sanzjonijiet ekonomiċi kontra t-Turkija, fosthom mhux se tħalli prodotti Torok jidħlu fit-territorju Russu.