It-Turkija: Ftit sigħat għal referendum importanti

Fadal biss temp ta’ ftit sigħat qabek it-Torok imorru jivvutaw f’referendum importanti.
Illum hi l-aħħar ġurnata ta’ kampanja qabel isir ir-referendum dwar jekk għandhomx jingħataw ammont ta’ poteri ġodda lill-President.
Il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan, qed jipprova jpartat is-sistema parlamentari b’sistema ta’ presidenza eżekuttiva.
Jekk dawn il-proposti jiġu approvati, hemm ċans li hu jibqa’ President sas-sena 2029.
Filwaqt li dawk favur il-vot ‘Iva’ qed jgħidu li l-proposti jistgħu jissimplifikaw u jimmodernizzaw il-pajjiż, dawk kontra qed jgħidu li dawn il-proposti jistgħu jwasslu għal reġim awtoritarju.
Ir-referendum jista’ wkoll iwassal għall-ikbar bidla fis-sistema governattiva wara li r-repubblika moderna nħolqot madwar seklu ilu.