It-Turkija bl-iktar każijiet wara l-Ewropa u l-Istati Uniti

REUTERS/Umit Bektas

Read in English.

Il-każijiet ta’ coronavirus ikkonfermati fit-Turkija tela’ għal 86,306 – dan ġie kkonfermat nhar il-Ħadd mill-Ministru għas-Saħħa Tork Fahrettin Koca, biex b’hekk il-pajjiż għandu l-ogħla rata ta’ każijiet wara l-Ewropa u l-Istati Uniti.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 3,977 każijiet ġodda, u dan wassal biex in-numru ta’ każijiet ikkonfermati fit-Turkija jaqbeż lil dak taċ-Ċina, fejn feġġ għall-ewwel darba l-virus tan-novel coronavirus.

Koca qal li mietu 127 persuna oħra, biex b’hekk l-għadd ta’ mwiet tela’ għal 2,017. Intant, 11,976 persuna rkupraw mill-coronavirus s’issa, u n-numru ta’ testijiet li twettqu matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien ta’ 35,344, kompla l-Ministru.

It-Turkija rrappurtat l-ewwel każ tagħha fl-10 ta’ Marzu, iżda n-numru ta’ każijiet ikkonfermati tela’ b’rata mgħaġġla minn dakinhar. Issa dan il-pajjiż laħaq is-seba’ l-ogħla total fid-dinja. S’issa fil-pajjiż ġew ittestjati aktar minn 634,000 persuna.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn