It-turiżmu jiżdied b’7.7% bejn Jannar u Marzu

It-turisti li daħlu Malta bejn Jannar u Marzu żdiedu b’7.7% fuq l-istess tliet xhur is-sena li għaddiet, waqt li l-iljieli żdiedu bi kważi 6%.
Skont l-NSO, f’Marzu waħdu, in-numru ta’ turisti li daħlu Malta – għal btala u għal xogħol – żdiedu b’4.1% waqt li l-iljieli żdiedu b’5.5%.
In-nefqa tat-turisti, f’Marzu ta’ din is-sena, żdiedet b’6.4% waqt li ż-żieda għall-ewwel tliet xhur flimkien kienet ta’ kważi 9%.
Ras għal ras, kull turist f’Malta fl-ewwel tliet xhur tas-sena ħalla €767 li tfisser żieda ta’ 1.2% fuq is-sena li għaddiet.