“It-turiżmu f’Malta jistħoqqlu Ministru bla suspetti”

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li s-settur tat-turiżmu f’Malta jistħoqqlu Ministru li hu ‘l bogħod minn kull suspett ta’ ħasil ta’ flus.

De Marco kien qed jitkellem waqt id-diskussjoni dwar l-Estimi Ġenerali tal-Ministru għat-Turiżmu.

L-MP Nazzjonalista, li kien Ministru għat-Turiżmu, qal li lbieraħ tpoġġa fuq il-medja tal-kamra rapport tal-FIAU li jikkonkludi li hemm provi mingħajr dubji raġenevoli li għandu jgħaddi f’idejn il-Pulizija biex tieħu l-azzjonijiet meħtieġa fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi fuq suspetti ta’ ħasil ta’ flus u finanzjament tat-terroriżmu.

Huwa qal li s-settur tat-turiżmu jiddependi ħafna fuq ir-reputazzjoni tal-pajjiż.