It-turisti Ingliżi f’Malta mitlubin imorru lura

Read in English.

Il-Kummissjoni Ingliża f’Malta qed tappella lill-Ingliżi li jinsabu f’Malta sabiex imorru lura l-Ingilterra malajr kemm jista’ jkun, issa li l-Gvern Ingliż għamel l-istess appell għat-turisti Ingliżi mxerrdin madwar id-dinja.

Hemm madwar miljun Brittaniku li jinsab fuq btala jew fuq vjaġġi marbutin max-xogħol. L-Uffiċċju għall-Affarijiet Barranin fi ħdan il-Gvern Ingliż appellalhom biex imorru lura r-Renju Unit malajr kemm jista’ jkun għax jaf ma jkunux jistgħu fi ftit ġranet oħra.

Dawk li jinsabu Malta jistgħu jibbukkjaw it-titjira fuq is-sit elettroniku tal-Air Malta peress li l-linja tal-ajru nazzjonali għandha titjiriet ta’ kuljum lejn Heathrow.

Return to the UK now if you’re travelling abroad

⚠️ Important Travel Advisory Notice ⚠️The Foreign & Commonwealth Office (FCO) advises British people travelling abroad to return to the UK now, if commercial flights are still available. This advice was published on 23 March and takes effect immediately.

Posted by UK in Malta – British High Commission Valletta on Monday, 23 March 2020

L-uffiċjali Ingliżi qed jibżgħu li minħabba li t-titjiriet qed jiġu sospiżi madwar id-dinja, jaf ikun hemm xi Ingliżi li jinqabdu f’xi pajjiż ieħor mingħajr ma jkun hemm titjiriet.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn