It-turisti f’Malta jiżdiedu bi 13%

Meta mqabbel ma’ April tas-sena l-oħra, l-ammont ta’ turisti li waslu f’Malta żdied bi 12.9%. L-ammont ta’ ljieli li t-turisti qattgħu f’Malta wkoll żdied b’10% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.
L-ammont ta’ turisti li waslu f’Malta jammontaw għal 143,637 persuna filwaqt li l-iljieli jammontaw għal 752,685 lejl.
46.3% tal-iljieli kienu rreġistrati f’akkomodazzjonijiet ta’ 4 stilel.
L-ammont ta’ nies li waslu f’Għawdex u Kemuna żdiedu wkoll, bi 8.6% u 15% rispettivament, meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.