It-Tuneżini jivvotaw għal parlament ġdid

Mument diffiċli għall-ekonomija

A man casts his ballot at a polling station during parliamentary elections, in Tunis, Tunisia October 6, 2019. REUTERS/Zoubeir Souissi

Fit-Tuneżija n-nies bdew jivvotaw għal parlament li jrid jindirizza problemi ekonomiċi kroniċi f’mument fejn qed jidħlu nies ġodda fix-xena politika li huma sfida għall-partiti stabbiliti.

Il-votanti bdew jinġabru quddiem il-postijiet tal-votazzjoni fil-kapitali Tunis, tmien snin biss wara li tneħħiet it-tmexxija awtokratika fir-Rebbiegħa Għarbija.

Però ħafna votanti jinsabu diżappuntati. Dan għaliex gvern wara l-ieħor naqas milli jindirizza ekonomija dgħajfa b’servizzi pubbliċi isiru dejjem agħar.