Immigrazzjoni: It-Tuneżija tbati l-konsegwenzi tal-ftehim bejn l-Italja u l-Libja

Wara l-ftehim bejn l-Italja u l-Libja sabiex tiġi kkontrollata l-immigrazzjoni, il-biża’ hi li l-immigrazzjoni se tibqa’ xorta, did-darba b’eluf jaħarbu mit-Tuneżija fuq dgħajjes perikolużi immens.
Dan it-tħassib esprimieh l-Arċisqof ta’ Tuneż, Ilario Antoniazzi, meta kien qed jagħti l-kummenti tiegħu lill-midja dwar l-aħħar traġedja fil-Mediterran meta dgħajsa bl-immigranti ħabtet ma’ bastiment Tuneżin tas-sajd u għerqet.
L-inċident seħħ fl-ibħra ta’ sorveljanza Maltija, u mietu għexieren ta’ persuni.
Irrimarka li bħalma ġara wara l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija, l-immigrazzjoni xorta kompliet anki wara l-ftehim bejn il-Libja u l-Italja. B’dal-ftehim l-Italja esprerjenzjat tnaqqis ta’ 87% ta’ immigranti jaslu għandha.
Madankollu, kompla l-Arċisqof, ma jfissirx li għax naqsu l-immigranti li jaslu l-Italja naqsu wkoll l-immigranti li jaslu l-Libja biex jaqsmu għall-Mediterran.
Rapporti dajn l-aħħar urew il-kundizzjonijiet orribbli li jkunu fihom immigranti miżmuma fil-Libja, u dan qed iwassal biex ħafna flok jaħarbu mil-Libja għall-Mediterran, jaħarbu mil-Libja lejn it-Tuneżija qabel jimbarkaw għall-Mediterran.
Antoniazzi qal li l-ftehim tal-Italja mal-Libjani jagħmilha itqal biex taħrab mil-Libja, u esprima dubju dwar kemm kienu nies ta; min jorbot fuqhom li l-Italja għamlet dal-ftehim magħhom.
Żied jgħid li qed jibża’ li nerġgħu lura għaż-żmien meta eluf ta’ immigranti kienu jinżlu Lampedusa minflok l-Italja, f’dgħajjes fi stat ħażin.