It-tuffieħa mħassra minn ġewwa

Ritratt: Coldman Photography

Is-seba’ episodju ta’ Elf Metodu se jlaqqagħna mal-familja Villano. Din il-familja hi mogħnija b’kollox: in-nannu u n-nanna li jgħammru ġo dar kbira u sabiħa, iż-żewġ uliedhom li kibru u ssetiljaw fiż-żwieġ u ż-żewġ neputijiet imżejna bl-innoċenza. Iżda bħalma t-tuffieħa li minn barra tidher bla mittiefsa jaf tkun imħassra minn ġewwa, hekk ukoll il-familja li tant tidher perfetta jaf ikollha sigrieti li jkun aħjar jekk jibqgħu misturin. 

Kif se jġib ruħu Alistair x’ħin jiskopri li Maggie marret tinvestiga dwar Karen waħidha? U Karen kif se tidħol fl-istorja tal-familja Villano? Kif se jitrattah dan il-proġett it-trio tagħna? Jen u Jo ukoll jidhru li qed jaħbu xi sigrieti. Kif taħsbu li se ġġib ruħha Karen kif tinduna b’dan? 

Illejla fid-9pm fuq l-istazzjon One se jkunu qed jinkixfu s-sigrieti ta’ kulħadd.

Ritratt: Coldman Photography

Elf Metodu għandu ktiba ta’ Simon Bartolo fuq idea ta’ Mark Doneo.