It-trust tal-midja fil-Commonwealth jippremja lil Daphne

It-trust tal-midja fil-pajjiżi tal-Commonwealth taw wieħed mill-eqdem unuri fid-dinja għal-libertà tal-midja lill-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia.
Huma qalu li qatt ma kien hemm xi ħadd kuraġġjuż jew xi li jimmerita li jieħu l-premju daqs Caruana Galizia.
Fil-ġurnata li fiha ġew ippubblikati l-ewwel artikli b’rabta mal-investigazzjoni tal-Proġett Daphne, il-ġurnalista assassinata kompliet tirċievi l-unuri wara mewta bil-Commonwealth Press Union Media Trust jonorawha bl-Astor Award ta’ din is-sena.
Il-Commonwealth Press Union Media Trust taħdem biex tipproteġi u s-saħħaħ il-libertà tal-midja mal-pajjiżi tal-Commonwealth.
Il-premju Astor, li huwa wieħed mill-ewwel premji li ġew stabbiliti għal-libertà tal-midja fid-dinja, ġie stabbilit fl-1970 u huwa mmirat għal individwi u organizzazzjonijiet li ħadmu u taw il-kontribut tagħhom biex jiddefendu l-libertà tal-midja fil-pajjiżi tal-Commonwealth inkluż f’Malta.
It-trust jiddeskrivi lil Daphne bħala dik li ħadmet bla heda kontra l-korruzzjoni u l-inkompetenza fl-ogħla livelli.
Fl-ittra li takkumpanja dan l-unur prestiġjuż, Daphne tissemma wkoll bħala pilastru tal-ġurnaliżmu investigattiv billi ħadmet bla waqfien, mingħajr kompromessi u mingħajr biża’.
Matthew u Paul, tnejn mit-tliet ulied ta’ Daphne, irċivew dan l-unur.
Newsbook.com.mt ippubblika lista tal-unuri u l-premijiet kollha li ġew mogħtija lill-familja Caruana Galizia wara l-mewt tagħha fis-16 ta’ Ottubru 2017