It-truppi tal-Lvant tal-Libja javvanzaw fi Tripli

It-truppi tal-Lvant tal-Libja taħt il-kmand ta’ Khalifa Haftar qalu li nhar il-Ġimgħa li għadda, huma avvanzaw fil-periferija tan-Nofsinhar tal-kapitali ta’ Tripli f’mossa perikoluża kontra l-gvern.

Il-ġlieda kienet għaddejja ħdejn l-ajruport internazzjonali l-antik, li ġiet ikkontrollata mill-forza tal-Armata Nazzjonali Libjana.

Il-pass li għamlet l-armata, li hija alleat mal-amministrazzjoni bbażata fil-Lvant, żied fil-livell tal-ġlied. Il-volum tal-ġlied b’mod ġenerali żdied mindu n-nazzjon inqasam mill-waqgħa ta’ Muammar Gaddafi fl-2011.