​It-trofew tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA ġej Malta

It-trofew tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA se jiġi esebit fil-Belt Valletta fl-10 ta’ Frar.
Fi stqarrija, il-Fondazzjoni tal-Valletta 2018 ħabbret it-tnedija tal-Futbol Tour Internazzjonali tal-Valletta 2018 flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Malti (MFA) u l-Coca Cola.
Matul il-ġimgħat li ġejjin, timijiet lokali u Ewropej se jkunu qed jieħdu jikkompetu f’diversi attivitajiet relatati ma’ dan l-avveniment.
Xi timijiet li ġejjin Malta jinkludu Levski Sofia (il-Bulgarija), St Gallen (L-Iżvizzera) u IFK Norrköping (l-Iżvezja).

//platform.instagram.com/en_US/embeds.js