It-Tritoni lura f’posthom

Wara seba’ xhur ta’ restawr fl-Italja, it-Tritoni reġgħu sabu posthom fid-daħla tal-Belt Valletta.
Waqt żjara li għamel, il-Ministru għall- Proġetti Kapitali Ian Borg spjega li x-xogħol ta’ restawr kien jinkludi t-tindif tal-konkos li kien intefa’ fil-figuri tal-bronż biex jiġu ankrati mal-bini tal-funtana.
Sar xogħol ukoll fuq ix-xquq u l-qsim li kien hemm fil-bronż li ġie mnaddaf kemm minn ġewwa u anke minn barra.
F’nofs kull figura tal-bronż inbena qafas tal-azzar li jibda mill-bażi u jibqa’ tiela’ sa driegħ il-figura biex jieħu l-piż tal-plattin u jiġi evitat ħsarat tal-passat.
Il-Ministru fakkar li dan il-proġett hu parti minn ieħor ikbar li jinkludi l-Foss tal-Belt, il-pjazza ta’ madwar Tritoni, u ż-żona magħrufa bħala l-Biskuttin.
Il-proġett, li ser jiswa mal-€4 miljun bil-Ministru jtenni li x-xogħlijiet jinsabu fil-ħin u li l-proġett se jitlesta sa l-aħħar tas-sena.
 
 Ritratt: DOI- Jason Borg