It-Triq tas-Salvazzjoni fiż-Żejtun

Fis-sala Juventuis Domus iż-Żejtun se jittella’  dramm dwar il-ħajja u l-passjoni ta’ Sidna Gesù Kristu fejn se narawh minn mindu kien daqsxejn ta’ tfajjel sal-aħħar mument ta’ ħajtu … imma għalfejn it-triq tas-salvazzjoni? U ta’ min? Ta’ Ġuda għax ħaseb li billi jagħti lil Ġesù f’idejn il-kbarat tat-tempju se jieħu s-salvazzjoni? Ta’ Barabba? Ħaseb li jekk se jerfa’ x-xabla ’l fuq u jeħodha kontra Ruma se jieħu triq tas-salvazzjoni?  Jew ta’ Pilatu li għax ħasel idu se jsalva lill-poplu tiegħu?

It-tentazzjoni (il-ħażen) żgur li ma taqta’ xejn  madwar il-ħajja ta’ Sidna Ġesù Kristu.

F’dan id-dramm insibu l-aqwa element possibbli ta’ atturi. Fost ħafna oħrajn insibu lil Christopher Barbara, Redeemer Galea, Ivan Debattista, Simone Debattista, David Rizzo, Veronica Farrugia, Joe Farrugia (Id-Dulli), John Mansueto, Sandro Attard, Claire Magro, Jessica Azzopardi, Clayton Pace, Lenies Gauci, Jean Pierre Grech, Fabio Mifsud u ħafna oħrajn li żgur m’għandhom bżonn ta’ ebda introduzzjoni. It-Triq tas-Salvazzjonu ser jittella’ l-Ġimgħa 27, s-Sibt 28 u l-Ħadd 29 ta’ Marzu fis-7.30pm ġewwa s-sala Juventuis Domus iż-Żejtun.

Għal aktar informazzjoni tistgħu ssibuha fuq il-paġna ta’ facebook redpher act jew billi ċċemplu 99470351.