It-triq tal-Baċir Numru 7 se tkun magħluqa għal 4 sigħat

Transport Malta tavża li t-triq tal-Baċir Numru 7 fil-Marsa nhar is-Sibt li ġej se tkun magħluqa għat-traffiku bejn il-11 ta’ filgħodu u t-3 ta’ wara nofsinhar.
Dan minħabba li se jkunu għaddejjin xi xogħlijiet fuq il-moll.
Transport Malta tiskuża ruħha mal-pubbliku għal dan l-inkonvenjent.