It-trasport pubbliku: għall-aħjar jew għall-agħar?

Il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi tkellem b’mod pożittiv dwar l-andament tat-trasport pubbliku.  Fuq l-istazzjon nazzjonali, il-Ministru Mizzi qal li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena,  kien hemm profitt ta’ madwar €200,000. 
Tkellem ukoll dwar li t-tnaqqis tal-ilmenti mill-klijenti li jużaw it-trasport pubbliku.

Min-naħa tiegħu l-kelliem Nazzjonalista Toni Bezzina kkontradixxa kliem il-Ministru u qal li l-ilmenti fuq it-trasport pubbliku għadhom ma waqfux.  
Saħaq li għad hemm karozzi tal-linja li jaslu tard u hu inaċettabbli li minħabba nuqqas ta’ aċċessibiltà, l-anzjani ma jistgħux jitilgħu fuq il-vannijiet li qed jintużaw minflok ix-xarabank.  
Ikkritika wkoll lill-Ministru talli mhux kulħadd hu intolat jingħata lura l-flus tar-reġistrazzjoni tal-karozzi.