“It-trasport hu waħda mill-isfidi ambjentali f’Malta”

Il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat ħabbar li tinsab fil-fażi finali l-effettività tal-Pjan dwar il-Kwalità tal-Arja f’Malta.
Waqt li kien qed jindirizza lill-Ministri Ewropej responsabbli għat-Trasport u l-Ambjent, il-Ministru sostna li f’Malta “t-trasport hu waħda mill-isfidi ambjentali ewlenin”. 
Qal ukoll li Malta għandha l-ogħla rata ta’ karozzi tal-passiġġieri meta mqabbla mar-residenti tal-Unjoni Ewropea.
 Żied jgħid li Malta hi marbuta bl-EU Effort Sharing Decision li tnaqqas l-emissjonijiet b’5%. Saħaq li b’hekk hemm bżonn urġenti ta’ aktar testijiet regolari biex is-settur tat-trasport jitjieb fil-livelli tal-arja.
 Fakkar ukoll fl-esperjenzi f’pajjiżi oħrajn li juru kif it-tnaqqis tal-emissjonijiet serra ma jiggarantixxux tnaqqis simili fl-emissjonijiet tat-trab fin.