It-trakkijiet se jitħallew jgħaddu qrib id-djar aktar kmieni

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) u t-Transport Malta laħqu ftehim li bih vetturi tal-kuntratturi se jkunu qed jitħallew jużaw toroq sekondarji.

Fi stqarrija l-MDA qalet li kien maqbul li vetturi bħall-lifters, concrete mixers u l-krejnijiet, it-trakkijiet li jġorru l-ġebel u vetturi oħra jkunu jistgħu jużaw toroq sekondarji qabel id-9.30am mingħajr ma jostakolaw it-traffiku.

L-Assoċjazzjoni saħqet li ilha ġimgħat għaddejja b’diskussjonijiet mat-Transport Malta dwar l-isfidi li qed jaffaċċjaw l-kuntratturi.

L-MDA spjegat kif il-ġimgħa dieħla t-Transport Malta se tkun qed toħroġ memo għall-Kusilli Lokali kollha fejn se jkun spjegat il-ftehim milħuq.