“It-traġedja tal-għarqa tal-immigranti hija tbajja’ orribbli fuq il-kuxjenza tal-Ewropa”

Il-Ministru għall-Affarijiet Interni Carmelo Abela esprima x-xokk u d-dwejjaq tiegħu dwar rapporti li ftit jiem ilu mijiet ta’ immigranti setgħu għerqu fil- Mediterran.
Abela qal li "din it-traġedja hija pass ieħor ta’ tbajja' orribbli fuq il-kuxjenza kollettiva tal-Ewropa".
Huwa żied li l-aħħar inċident saħħaħ l-appelli ripetuti ta’ Malta għal aktar azzjoni konkreta tal-Unjoni Ewropea u internazzjonali fil-Mediterran.
Żied jgħid li se jqajjem dan il-punt waqt il-laqgħa t'għada mal-Ministri għall-Affarijiet Interni tal-Unjoni Ewropea.
Ritratt:MHAS