It-tradutturi jgħidu tagħhom

translators

Wara s-suċċess li kienet it-taħdita “Il-pubblikaturi jgħidu tagħhom” waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, din id-darba l-Għaqda tal-Malti Università xeħtet ħarsitha fuq il-professjoni tat-traduzzjoni. F’din l-attività huma se jħabbru l-kollaborazzjoni ġdida bejn l-Għaqda tal-Malti u l-kumpanija Global Translation Solutions.

Id-diskussjoni se tiffoka fuq it-traduzzjoni teknika u t-traduzzjoni letterarja. Il-kelliema huma żewġ tradutturi tal-kumpanija GTS – Suzanne Carbonaro u Russell Grixti – u Prof. Charles Briffa, traduttur u eks lettur fid-Dipartiment tat-Traduzzjoni fl-Università. Wara d-diskussjoni, is-segwaċi se jkollhom ċans jistaqsu l-mistoqsijiet.

Ghaqda-tal-Malti Università

L-attività se ssir is-Sibt li ġej fid-9.30am fuq il-paġna Facebook tal-Għaqda tal-Malti.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn