It-trabi se jibdew jiġu ttestjati għal ċertu kundizzjonijiet

Marigold Foundation

Illum tnieda proġett ta’ screening mediku għat-trabi.

Fi stqarrija, il-Fondazzjoni Marigold qalet li llum tnieda n-National Immunology Neonatal Screening. Il-proġett huwa ffinanzjat mill-Fondazzjoni Marigold, minn The National Alliance for Rare Diseases Support f’kollaborazzjoni ma’ Biobank Malta.

Il-Professur Alex Felice mill-Malta Biobank qal li dan il-proġett se jagħti riżultati din is-sena fejn żewġ trabi li eventwalment se jitwieldu b’kundizzjonijiet immunoloġiċi se jiġu identifikati malli jitwieldu. Huma jkunu jistgħu jingħataw it-trattament neċessarji sa mill-ewwel jum tat-twelid tagħhom.

Il-fundatur u l-President ta’ The National Alliance for Rare Diseases Support Malta, Michelle Muscat, illum nediet kampanja nazzjonali dwar il-mard rari. Se jkun hemm attivitajiet matul ix-xhar ta’ Frar.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet Muscat qalet li t-tema ta’ din is-sena hija “Fejn kull pazjent jgħodd”. Din hija mmirata lejn il-professjonisti tas-saħħa.