It-Tottenham se jbigħu lil Harry Kane?

Tottenham Hotspurs m’għandhom l-ebda ħsieb li jbigħu lil Harry Kane, la lil Manchester United u lanqas li xi klabb ieħor tal-PremiereLeague fl-Ingilterra.

Dan l-aħħar kienu ħarġu xi rapporti li taw idea li Daniel Levi, ic-chairman ta’ Tottenham, kien lest li jbigħ lil Harry Kane lil Manchester United għas-somma rekord mondjali ta’ £200 miljun biex jagħmel tajjeb għat-telf finanzjarju minħabba l-kriżi tal-coronavirus.

L-istadium tal-iSpurs sewa madwar £1 biljun biex sar u kellu riperkussjonijiet mhux żgħar fuq it-timijiet kollha tal-Premier League li wassli xi wħud minnhom ikeċċu lil xi membri tal-istaff iżda mhux plejers.

Harry Kane, ta’ 26 sena, skont l-istess xnigħat, kien wera x-xewqa li jmur jilgħab mal-United iżda hu ċaħad dan l-għajdut.

Il-plejer ilu ma jilgħab minn Jannar li għadda meta kien weġġa’ f’riġlejh iżda dejjem wera l-frustrazzjoni tiegħu li s’issa qatt ma rebaħ tropy mat-Tottenham. Li hu żgur hu li kien qal li ma kienx beħsiebu jibqa’ mwaħħal mat-Tottenham jekk ma jiħux mill-klabb dak li jixtieq.