“It-tort tal-abbuż mhux tax-Schengen”

Iċ-Ċermen tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa qalu li l-awtoritajiet Maltin għandhom jindirizzaw l-abbuż u mhux iwaqqfu l-kundizzjonijiet tax-Schengen.
Enfasizzaw li x-Schengen hija kisba importanti għaċ-ċittadini Ewropej iżda l-pajjiżi membri għandhom iġorru wkoll ir-responsabbilitajiet fosthom il-legalità tal-mod kif il-persuni jidħlu u jgħaddu minn pajjiż għall-ieħor.
Weber u Casa qalu wkoll li dawk il-pajjiżi fix-Schengen fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea għandhom responsabbilità akbar għas-sigurtà komuni.
Sostnew li l-allegat korruzzjoni u abbuż fil-ħruġ tal-viżas u permessi tar-residenza lil Libjani u Alġerini mill-awtoritajiet Maltin qed iġibu magħhom mistoqsijiet dwar l-impatt fuq is-sigurtà taċ-ċittadini Maltin kif ukoll tal-pajjiżi l-oħra fix-Schengen.